Friday, May 3, 2024

Bernard Grech jallega li l-PM ġiegħel lill-MPs tiegħu sabiex jivvutaw kontra l-inkjesta 

Aqra wkoll

“Għamel minn kollox. biex ivvota hu u ġiegħel lill-membri parlamentari tiegħu sabiex jivvutaw kontra l-mozzjoni tagħna sabiex issir inkjesta pubblika. Illum nafu u għandna l-konferma għalxiex”.

Dan iddikjarah il-Kap tal-Patit Nazzjonalista Bernard Grech f’messaġġ li wassal b’rabta mal-Inkjesta Pubblika ta’ Jean Paul Sofia. Grech allega li l- Prim Ministru Robert Abela baqa’ jimplika u jsabbat saqajh u jipprova jwaqqaf it-talbiet b’saħħithom ta’ omm Jeean Paul Sofia sabiex issir inkjesta pubblika.

Il-Kap qal ukoll; “ Robert Abela pprova jumilja lill-Isabelle Bonnici billi jgħidilha ripetutament sabiex ma tħalli lil ħadd jużaha u li kien hemm min kien qed jinqeda biha”. 

Fl-istess messaġġ, huwa sellem lil ommu Sofia, Isabelle u lil missieru John. Żied jgħid li dawn baqgħu b’saħħithom bħala eroj tal-poplu Malti.  Dwar il-mewt ta’ binhom, Grech qal li wara li d-dinja tal-ġenituri ta’ Sofia spiċċat, huma ħadu ġurament magħhom infushom sabiex il-mewt ta’ binhom ma’ tkunx saret għalxejn. 

Temm jgħid li bħala Oppożizzjoni se jkunu qegħdin jaraw li r-rikomandazzjonijiet kollha jiġu mwettqa minnufih u sabiex skontu dawn ma jibqgħux fuq l-ixkaffa, bħal ma’ sar fir-rigward tal-assassinju ta’ Daphne Cauana Galizia. 

Sport