Friday, December 27, 2024

Jinstabu traċċi ta’ Ethylene oxide f’dan il-prodott partikolari

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand l-importatur lokali u aktar tard mis-Sistema Rapida ta’ Twissija dwar l-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodotti m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih traċċi ta’ Ethylene oxide (pestiċida).

Deskrizzjoni tal-prodott:Vanilla ice-cream
Ditta:Häagen-Dazs
Piżijiet:460ml u 95ml
Data tad-durabbilità:Id-dati kollha sa u inkluż il-21/05/2023

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook
https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx


Ekonomija

Sport