Monday, December 23, 2024

Jintemm il-festival SummerDaze … jattendu eluf kbar ta’ nies

Aqra wkoll

Ġie fi tmiemu l-festival SummerDaze li ġibed lejh eluf kbar ta’ nies. Dan il-festival li kien mifrux fuq sebat ijiem laħaq il-qofol tiegħu f’Ta’ Qali nhar it-Tnejn li għadda, bis-sehem tal-artisti internazzjonali Anne-Marie, Bastille, Elderbook, G-Eazy u Jason Derulo, kif ukoll l-Erbgħa b’kunċert ieħor bil-parteċipazzjoni ta’ Deejay Times’s Albertino, Fargetta, Molella & Prezioso, J AX, Baby K, Corona, ICE MC u Meduza.

F’kumment li għamel dwar il-festival, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo kien stqarr li: “SummerDaze hija attività oħra li permezz tagħha pajjiżna qiegħed ikompli jkun fost l-aktar pajjiżi attraenti fejn jidħol it-turiżmu festiv. Matul dan is-sajf u anke għax-xhur li ġejjin irridu nkomplu noffru prodott kulturali ta’ kwalità  kompetittiv u fuq kollox versatili. Nisħaq li l-kwalità hija important għaliex it-turisti u anke l-Maltin jixraqilhom li f’pajjiżna jkollhom attivitajiet ta’ livell għoli u professjonali – prodott kompetittiv biex inkomplu nkunu destinazzjoni versatili għal kull min irid iżur il-gżejjer Maltin.”

Ekonomija

Sport