Il-maġġoranza tal-plejers li sejħet il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali femminili ta’ Spanja Montse Tome aċċettaw li jilagħbu għal pajjiżhom fil-partiti mill-UEFA Women’s Nations League kontra Svizzera u Svezja.
Kienu biss żewġ plejers li ma ssemmewx isimhom li ma laqgħux is-sejħa ta’ Tome minħabba li għadhom urtati dwar dak li seħħ fil-federazzjoni tal-futbol tal-pajjiż.
Kien hemm saħansitra intervent tal-gvern Spanjol sabiex il-partijiet irrikonċiljaw u b’hekk Tome se jkollha skwadra b’saħħitha li ħmistax minnhom rebħu t-tazza tad-dinja ftit tal-ġimgħat ilu.