Friday, December 27, 2024

Jintlaħaq ftehim bejn Manchester City u Chelsea għall-firma ta’ Mateo Kovacic

Aqra wkoll

Mateo Kovacic jinsab viċin li jingħaqad ma’ Manchester City wara li ntlaħaq ftehim ma’ Chelsea għas-somma ta’ £30 miljun.

Il-midfielder tal-Kroazja ta’ 29 sena huwa lest li jingħaqad maċ-champions tal-Premier League għal ħlas inizjali ta’ £25 miljun, b’£5 miljuni f’bonuses oħra.

Chelsea qed ikomplu jbiegħu bosta players biex inaqqsu l-iskwadra kbira tagħhom.

Kovacic ingħaqad ma’ Chelsea mingħand Real Madrid fl-2019, inizjalment b’self, qabel ma ffirma kuntratt permanenti ta’ ħames snin.

Il-wasla ta’ Kovacic se titfa’ aktar dubju dwar il-futur ta’ Ilkay Gundogan ma’ Manchester City, bil-kuntratt tal-midfielder Ġermaniż wasal biex jiskadi.

Kovacic għamel 37 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għal Chelsea l-istaġun li għadda.

Huwa kien parti mit-team ta’ Chelsea li rebaħ iċ-Champions League fl-2021 meta daħal bħala sostitut tard fir-rebħa  ta’ 1-0 fuq l-istess Manchester City.

Ekonomija

Sport