Monday, January 20, 2025

Jintlaqgħu b’mod pożittiv it-tibdil ta’ ċertu rotot mis-servizz tal-Linja

Aqra wkoll

Il-Malta Public Transport fl-aħħar ġimgħat kompliet itejjeb is-servizzi tagħha fejn għamlet tibdil f’ċertu rotot wara li ħadet is-suġġerimenti tal-pubbliku. Dan it-tibdil intlaqa’ tajjeb ħafna mill-persuni li jużaw is-serviz tal-Linja.

Fost it-tibdil li hemm Rotta 90 – Zabbar, Fgura, Paola, Valletta, li issa qiegħda topera bejn il-5.25am u d-9.00am kull 15-il minuta, bejn id-9.01am u l-10.40am kull 30 minuta filwaqt li bejn 10.41am u s-6.00pm topera kull siegħa.

Tibdil ieħor sar fir-rotta 47 – Mosta, Lija, Birkirkara, St. Venera, Hamrun, Valletta li wkoll kien hemm titjib fil-ħinijiet. Fil-fatt issa din ir-rotta taħdem bejn 5.15am u s-7.00am kull 30 minuta, bejn 7.01am u l-10.00am kull 20 minuta, bejn l-10.01am u s-7.00pm terġa’ topera kull 30 minuta filwaqt li bejn is-7.00pm u l-10.00pm topera kull siegħa.

Rotta 101 filwaqt li se tibqa’ bl-istess ħinijiet se tibda tgħaddi miċ-Ċirkewwa, Għadira, Mellieha, Manikata, Għajn Tuffieħa, Zebbieħ, Mgarr. Dan it-tibdil sar biex il-pubbliku jkun moqdi aħjar biex jasal l-Iskola, fid-Dar tal-Anzjani u anke fl-Uffiċju tal-Kunsill Lokali.

Issa din ir-rotta se tkun qiegħda tgħaddi mill-Għadira, Triq George Borg Olivier, Triq il-Kbira, Triq Louis Wettinger and Triq Qasam Barrani/Edward Camileri.

Rotta 103 ukoll rat xi tibdil minkejja li l-ħinijiet ukoll baqgħu l-istess. Fil-fatt issa din ir-rotta se tibda tgħaddi mill-Bidnija, Mosta, Naxxar, Mgħatab, Baħar biċ-Ċagħaq, Pembroke. B’dan il-mod il-klijenti se jkunu jistgħu jaslu aktar b’mod faċli fiż-Żona Industrijali.

Tibdil ieħor sar fir-Rotta 80 li tgħaddi minn Birżebbuġia, Bir id-Deheb, Żejtun, Santa Luċija, Marsa u Valletta. B’dan il-mod issa l-klijenti tas-servizz tal-Linja għandhom żewġ modi kif jaslu miż-żona magħrufa bħala Qajjenza lejn il-Belt Valletta.

Dan it-tibdil sar wara sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar kif se ssir ħidma ħolistika biex tiġi mitigata l-isfida tat-traffiku

Waqt dawn il-laqgħat il-Ministru responsabbli mill-qasam Chris Bonett, spjega l-viżjoni tal-Gvern fis-settur tat-trasport fiż-żmien li ġej filwaqt li sema’ numru ta’ ideat, suġġerimenti u opinjonijiet mill-pubbliku dwar kif se tingħeleb din l-isfida kollettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport