Thursday, March 28, 2024

Jinżamm arrestat b’rabta man-nirien fil-Katidral ta’ Nantes

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Refuġjat mir-Rwanda ġie miżmum mill-pulizija Franċiża b’rabta man-nirien li ħakmu l-Katidral ta’ San Pietru u San Pawl ta’ Nantes Franza.

Ir-raġel kien inkarigat biex isakkar il-Katidral fil-ġurnata qabel in-nar tkebbes tliet postijiet differenti qered kompletament il-ħġieġ u l-orgni li jmur lura għas- Seklu 15.

Il-prosekuturi qalu li jridu jneħħu xi inkosistenzi f-iskeda tar-raġel, iżda jkun “prematur u mgħaġġel” jekk wieħed jaħseb li huwa kellu xi rwol n-nar. “Irridu noqogħdu attenti rigward l-interpretazzjoni ta’ dan l-arrest. Hija proċedura normali,” qal il-prosekutur pubbliku Pierres Sennès.

Isem ir-raġel, li jaħdem bħala voluntier fil-Katidral, ma xxandarx. In-nar li kien hemm l-Katidral qed jiġi trattat bħala ħruq intenzjonat.

Ekonomija

Sport