Thursday, December 26, 2024

Jinżamm arrestat fuq akkużi relatati ma’ importazzjoni tal-kannabis

Aqra wkoll

Spanjol ta’ 25 sena residenti s-Swieqi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fejn kien akkużat li importa 400 gramma kannabis f’Malta u li għamel dan għal skop ta’ trafikazzjoni.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Marshal Mallia, qalet li l-każ imur lura għad-19 ta’ Settembru ta’ din is-sena, meta d-Dwana sabet pakkett suspettuż moħbija fil-logħba tal-Ludo u li magħha ken hemm ukoll erba’ sapuniet tal-kannabis.

L-Ispettur Mallia qal li l-istess pakkett kellu indirizz li x’aktarx kien se jmur f’residenza abbandunata. Qal ukoll li l-persuna li ċemplet lid-Dwana biex tistaqsi dwar il-pakkett u l-persuna li ġsbritu kienu żewġ individwi differenti.

L-Ispettur qal li l-akkużat kien qal lill-Pulizija li hu mar ma’ Spanjol ieħor sabiex jiġbor il-pakkett. B’referenza għall-mowbajl tal-akkużat, l-Ispettur qal li nsabu diversi messaġġi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ Facebook, inkluż ritratti relatati mad-droga.

Fix-xhieda tiegħu, l-akkużat wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

L-avukati difensur,Franco Debono għamel talba għall-ħelsien mill-arrest. Madanakollu, il-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima ċaħdet it-talba minħabba n-natura tar-reati.

Il-Qorti ħarġet ordni sabiex jiġu ffriżati l-assi tal-akkużat.

Ekonomija

Sport