Raġel ta’ 31 sena mill-Gambja residenti l-Ħamrun tressaq il-Qorti mixli b’pussess aggravat ta’ droga.
Il-Prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti kif l-imputat Lamino Danso nstab fil-pussess ta’ għaxar qratas tal-kannabis fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Danso kien mixli wkoll li wettaq dan ir-reat f’distanza ta’ 100 metru fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bil-Maġistrat tordna li l-imputat ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest.