Sunday, December 22, 2024

Jinżamm arrestat minħabba li refa’ jdejh fuq l-eks sieħba waqt li kien xurban 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena residenti Birzebbuġa u li għandu l-vizzju tax-xorb, tressaq il-Qorti, fejn kien mixli li hedded lill-eks sieħba.

Christopher Bartolo wieġeb mhux ħati li kkaġuna biża’ fil-konfront tal-eks-sieħbafuq, li kkaġunalha ġrieħi ħfief u li heddidha waqt argument.

Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, bir-raġuni li l-akkużat għandu problema tax-xorb. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Charmaine Galea ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. 

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Omar Zammit, filwaqt li d-Difiża qed titmexxa mill-Avukat Michael Sciriha u mill-Avukat Daniel Cutajar.

Għall-vittma qed tidher l-Avukat Veronica Spiteri.

Ekonomija

Sport