Saturday, December 21, 2024

Jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li għamel ħsara fuq binja ta’ Ministeru

Aqra wkoll

Nathan Camilleri ta’ 24 sena li fil-Qorti qal li jgħix Pietà baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li għamel ħsara fuq il-binja tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali f’Santa Venera.

L-Ispettur Ian Vella li mexxa l-prosekuzzjoni qal quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo li fit-13 ta’ April li għadda, il-pulizija kienu ġew informati minn ħaddiem li jaħdem il-Ministeru li l-akkużat kisser il-kameras tas-sigurtà, liema ħsara tammonta għal madwar 250 ewro.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-imputat kien diġà kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja f’każ separat.

Camilleri ġie akkużat ukoll li jgħix ħajja ta’ għażż u li hu riċediv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża ma għamlet l-ebda talba biex Camilleri jingħata l-ħelsien mill-arrest. Il-każ mistenni li jkompli jinstema fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport