Sunday, December 22, 2024

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’serq minn karozzi 

Aqra wkoll

Il-Pulizija ressqet raġel fil-Qorti u mistennija tarresta aktar persuni b’rabta ma’ każi ta’ serq minn karozzi fil-Marsa u Ħal Qormi. 

Abdulhamid Saied ta’ 42 sena mil-Libja kien mixli li fit-30 u l-31 ta’ Awwissu seraq flus kontanti u apparat elettroniku minn żewġ karozzi. Huwa kien akkużat ukoll li kien riċediv. 

Saied, li fil-Qorti qal li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu. L-Ispettur Mark Cremona spjega li l-pulizija kienet qiegħda tinvestiga diversi serqiet minn karozzi u identifikat numru ta’ persuni, wieħed minnhom l-imputat. 

L-Ispettur Cremona żied jgħid li nħareġ mandat ta’ arrest kontrih u ġie arrestat. Saied ma wieġeb għall-ebda domanda li saritlu waqt l-interrogazzjoni. 

Huwa nżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet ukoll mill-Ispettur Andy Rotin. L-Avukat Victor Bugeja deher għall-imputat. 

Ekonomija

Sport