Friday, December 27, 2024

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli li ħebb għal Sirjan u tah daqqa ta’ njama f’rasu

Aqra wkoll

is-Sirjan ta’ 30 sena li wara nofsinhar tressaq il-Qorti b’rabta mal-argument li seħħ fil-Ħamrun inżamm arrestat. Abdullah Sheikh Ahmad joqgħod il-Mosta u huwa sid ta’ ħanut tal-kebabs fil-Ħamrun 

Il-prosekuzzjoni spjegat kif is-Sirjan weġġa’ gravi lil Ziyab Alahmad, Sirjan ta’ 37 b’daqqa ta’ njama f’rasu waqt argument li nqala’ bejniethom. Intqal ukoll li kellu fuqu oġġett li jaqta’ u bil-ponta u li kiser il-buon ordni. Ħebb ukoll għal diversi persuni u ġie akkużat ukoll li m’obdiex l-ordnijiet li tawh tliet Spetturi tal-Pulizija. Barra minn hekk hedded lin-nies bil-fomm.

Ziyab Alahmad xehed kif nhar il-Ħadd sab id-dar imqallba. Huwa qal li kif iċċekkja l-kameras tas-sigurtà li għandu d-dar għaraf lill-impjegat ta’ Abdullah ħiereġ minn daru b’xi flus. Huwa qal li ftiehem mal-impjegat ta’ Abdullahi sabiex jitkellu bil-kwiet iżda minflok sab lill-agressur bil-vann tax-xogħol li niżlu għalih u għal kuġin tiegħu. Huma ġew aggrediti minn għadd ta’ persuni bil-ħadid u l-injam. Huwa kompla jispjega kif l-aggressur kellu anke mus f’idejh.

Intant, l-Avukat Difensur qal ukoll li Ziyab Alahmad mhux veru li mar biex ikellem lill-impjegat tal-aggressur bil-kelma t-tajba minħabba l-fatt li huwa mar ma’ xi għaxar persuni oħra biex ikissru l-ħanut tal-agressur.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.  L-avukat li deher għalih talab għall-ħelsien mill-arrest għax qal li l-intenzjoni tiegħu kienet li jipproteġi l-ħanut kif ukoll l-impjegat tiegħu. Madankollu, il-Qorti ċaħdet it-talba għalll-ħelsien mill-arrest u l-kawża ser tkompli fit-2 ta’ Settembru,

Ekonomija

Sport