Saturday, July 20, 2024

Jinżamm arrestat wara li kien mixli li kiser l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Raġel baqa’ jinżamm taħt arrest wara li kien mixli bil-ksur tal-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor.

Fil-Qorti ġie spjegat li x-xahar li għadda, l-akkużat kien mixli bi vjolenza domestika u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €4,000. Il-Qorti kienet ordnatlu wkoll li jkun f’daru bejn id-9:00 p.m u s-6:00 a.m

Ġie spjegat ukoll kif il-Pulzija sabet lill-akkużat xurban fil-ħin li hu kien suppost qiegħed id-dar, skont is-sentenza mogħtija lilu mill-Qorti.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, huwa wieġeb mhuwiex ħati għall-akkużi miġjubin kontrih, bil-Qorti żżomm lill-akkużat arrestat.

Ekonomija

Sport