Saturday, July 20, 2024

Madwar 50,000 tifel u tifla f’Gaza jeħtieġu kura medika minħabba malnutrizzjoni

Aqra wkoll

L-aġenzija għar-refuġjati Palestinjani, magħrufa l-aktar bħala UNRWA qalet li fil-medda ta’ Gaza hemm aktar minn 50,000 tifel u tifla li jeħtieġu kura medika immedjata minħabba l-malnutrizzjoni.

Fi stqarrija nhar is-Sibt, l-istess aġenzija spjgat li minħabba r-restrizzjonijiet li hemm fil-pajjiż għall-aċċess umanitarju, in-nies f’Gaza qegħdin jaffaċjaw sfidi bħal bżonnijiet bażiċi, jiġifieri l-ikel. L-aġenzija żiedet tgħid li huma bħalissa qed jaħdmu bla heda sabiex jgħinu kemm jistgħu familji, minkejja li ddiskrivew is-sitwazzjoni ta’ bħalissa bħala waħda katastrofika.

James Elder, kelliem tal-UNICEF ukoll iddeskriva kemm hu diffiċli li mhux biss tidħol l-għajnuna umanitarja f’Gaża, iżda wkoll li din titqassam lill-familji, minħabba l-fatt li ma hemmx qbiil fuq il-gwerra preżenti.

Il-midja Al Jazeera rrapurtat kif f’din il-gwerra nqatlu aktar ħaddiema tal-għajnuna militari. Ġie rrapurtat ukoll li nhar l-Erbgħa li għadda, il-UNICEF kellha missjoni bi trakk pprovdut mimli provvisti nutrittivi u mediċini għal 10,000 tifel u tifla.

Huwa mifhum li l-Iżraeljani ilhom jipprotestaw u jimblukkaw it-toroq għal xhur sħaħ. Dan sabiex jipprevjenu l-vjaġġi ta’ għajnuna milli jaslu f’Gaża, u b’hekk ikomplu jiggravaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport