Wednesday, July 24, 2024

Jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li qalgħu l-inkwiet fuq titjira

Aqra wkoll

Mara u raġel ta’ nazzjonalità Ingliża, inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlijin li qalgħu l-inkwiet fuq ajruplan tal-EasyJet lejn pajjiżhom.

Fil-Qorti, it-tfajla ta’ 25 sena u r-raħel ta’ 31 sena kienu mixlija li rrifjutaw li rreżistew lill-Pulizija u li naqsu milli jobdu l-ordnijiet tagħhom. Huma kienu akkużati ukoll li waqt l-istess titjira kienu xurbana u li kisru l-paċi pubblika.

It-tfajla waħedha kienet akkużata li weġġgħet Pulizija, bil-konsegwenza li dan ġarrab ġrieħi ħfief. Dan filwaq, li r-raġel waħdu ġie akkużat li wkoll hedded uffiċjal tal-Pulizija.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmmexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone spjegat li hekk kif ġew arrestati, iż-żewġ akkużati baqgħu jġibu ruħhom b’mod ħażin u li kienu agressivi.

Ingħad, li saħansitra ħin minnhom it-tfajla ppruvat tkisser grada tal-injam. Intqal ukoll li minħabba r-reżistenza tar-raġel, il-Pulzija kellha tuża taser gun biex jirnexxielha tikkontrollah.

Quddiem il-Maġistrat Abigail Critien, iż-żewġ akkużati wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, bil-Maġistrat innifisha tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Id-Difiża f’dan il-każ tmexxiet mill-avukat Alexia Vassallo

Ekonomija

Sport