Tuesday, May 14, 2024

Jinżammu arrestati wara li allegatament serqu minn diversi karozzi f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Claire Satariano ta’ 48 sena minn Tas-Sliema u Mat- thew Frendo ta’ 47 sena minn
Bormla, inżammu arrestati mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li wieġbu mhux ħatja li serqu minn diversi karozzi f’Ħaż-Żebbuġ. Fil-Qorti instema kif l-allegat każ seħħ bejn is-27 ta’ April u l-14 ta’ Mejju.

Min-naħa tagħha l-Pu- lizija qalet li l-mara u r-raġel ġew arrestati matul il-le- jl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd. Il-Pulizija kienet infurmata għall-ħabta tat-3.15 a.m li kien hemm żewġ persuni suspettużi u li kienu qegħdin iduru mal-karozzi li kienu qegħdin ipparkjati fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija qalet ukoll li Satariano u Frendo ppruvaw jaħarbu minn fuq il-post, iżda ġew arrestati minnufih. Minn tfittxija li saret fuq iż-żewġ infividwi, instabu ċavetta ta’ karozza, radju, żewġt imwies u żewġ turnaviti. Żiedet tgħid li f’Ħaż-Żebbuġ instabu wkoll żewġ basktijiet mimlijin b’affarijiet u oġġetti misruqa.

Id-difiża qalet li r-raġel jinsab bla impjieg u ma tal- bitx għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. Minkejja dan, saret talba sabiex Frendo jinżamm fit-Taqsima Forensi tal-Isptar Monte Karmeli minħabbali għandu l-vizzju tad-droga. Minħabba hekk, il-Qorti rrakkomandat lill-awtorita- jiet tal-ħabs biex l-akkużat jingħata l-għajnuna minħab- ba l-problema tad-droga.

Min-naħa l-oħra, saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-mara, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba l-vizzju tad-droga li għandha. Il-Qorti ordnat biex l-akkużata tibqa’ miżmuma arrestata.

L-Avukat Mario Mifsud deher għall-mara, filwaqt li għal Frendo deher l-Avukat David Bonello.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Roderick Agius u James Mallia.

Sport