Friday, May 3, 2024

Ħamrun 147 D jirbħu l-Amateur League

Aqra wkoll

Ħamrun 147 D kisbu t-tieni unur tagħhom tal-istaġun fil-Blackball meta f’logħba ferm interessanti għelbu lil Domus Kids Żejtun 11-7. Din il-finali saret fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara.

Kienet logħba ferm bilanċjata sa tmiem it-tieni sessjoni hekk kif l-iskor kien dak ta’ 5-5. Madankollu d-determinazzjoni tal-Ħamruniżi ppremjathom bit-tielet sessjoni li kienet waħda pożittiva għalihom sabiex marru 8-5 minn fuq.

Sal-aħħar sessjoni, Ħamrun 147 D rebħu 11-7 sabiex għollew it-tazza tal-Amateur League.

Sport