Thursday, November 28, 2024

Jinżgħu għerwenin fil-banek tan-Niġerja bi protesta

Aqra wkoll

Mijiet ta’ persuni reġgħu sabu sitwazzjoni diffiċli fin-Niġerja hekk kif fil-banek ma baqax flus li jistgħu jingħataw lill-klijenti.

Il-Gvern Niġerjan fl-aħħar ġranet ħabbar li kien qed ibiddel il-karti tal-flus, iżda hekk kif in-nies bdew imorru fil-banek biex jiġbru fost l-oħrajn il-paga qalulhom li l-Gvern ma kienx ipprintja flus biżżejjed.

Minħabba f’hekk, il-klijenti bdew jinżgħu l-ħwejjeġ ta’ fuqhom bi protesta. Filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru nisa u rġiel jiġru bla ħwejjeġ fil-banek fejn qed jgħidu li qabel ma jingħataw il-flus huma mhux se jilbsu.

Kien hemm saħansitra raġel li neża l-ħwejjeġ kollha u tela’ fuq il-bank tal-kaxxiera jipprotesta. Ħafna ħwienet qegħdin jgħalqu l-bibien tagħhom minħabba li l-klijenti spiċċaw bla flus biex jixtru.

Sport