Monday, May 13, 2024

Jipprepara mal-4200 ftira sabiex jiġbor il-flus għal Puttinu Cares 

Aqra wkoll

Luca Piccione, tifel ta’ 11 -il sena li fieq mill-kanċer, iddeċieda li jgħin lil Puttinu Cares. F’ħidma flimkien mal-ġenituri tiegħu, Roberta u Raymond u b’għajnuna mingħand għadd ta’ voluntiera, inkluż ġenitrui li wliedhom qed jieħdu l-kura, ippreparaw mal-4200 ftira. 

Dan qalitu Puttinu Cares, fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn irrimarkat li l-familja Piccione għalkemm jinsabu għajjenin minħabba li ilhom minn nofsillejl għaddejjin bil-preparazzjoni, dawn huma ferħanin u onorati li qegħdin jgħinu lill-ħaddieħor. 

Il-messaġġ intemm, bil-fatt, li Luca, Roberta u Raymond Piccione se jkunu qed jgħinu waqt il-maratona ta’  Puttinu li qed issir nhar il-Ġimgħa l-Kbira. 

Sport