Thursday, December 26, 2024

Jipprevali l-użu tal-internet iżda anke d-diżinformazzjoni

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ir-Rapport Nazzjonali tal-aħħar Stħarriġ Standard tal-Ewrobarometru pubblikat fl-aħħar jiem ta ħarsa wkoll lejn l-opinjoni pubblika dwar il-mezzi tax-xandir u s-sorsi tal-aħbarijiet. Hawnhekk ħareġ fiċ-ċar kif inbidlet id-dinamika tas-sors tal-informazzjoni fejn naraw kif 88% ta’ 504 parteċipanti qalu li ta’ kuljum jużaw l-internet. Dan b’mod speċjali bħala sors ewlieni ta’ aħbarijiet dwar kwistjonijiet Ewropej. 

Filwaqt li 90% minnhom qalu li spiss jiltaqgħu mad-diżinformazzjoni, 54% ta’ dawk intervistati jemmnu li l-mezzi tax-xandir Maltin ma jipprovdux informazzjoni affidabbli u 59 % ma jemmnux li l-mezzi tax-xandri jipprovdu informazzjoni ħielsa minn pressjoni politika u kummerċjali. 

Mit-tabella ppubblikata dwar liema mezz tax-xandir l-aktar li jintuża għal din it-tip ta’ informazzjoni l-aktar popolari f’pajjiżna rriżulta li huwa t-televiżjoni b’83% mit-total tal-parteċipanti. Dan il-persentaġġ huwa simili għal dak fl-Ewropa fejn irriżulta li dan huwa ta’ 80%. L-inqas mezz popolari fost dawk intervistati f’Malta huma l-podcasts (25%). Però, dan il-persentaġġ fl-Ewropa terġa’ huwa inqas minn dak lokali (8% biss). 

Fejn jirrigwarda l-mezzi stampati bħalma hija l-gazzetta, il-persentaġġ fost il-parteċipanti li jagħżlu dan il-mezz bħala sors ta’ informazzjoni kien ta’ 26%, it-tieni l-inqas popolari. Hawn naraw kemm l-internet biddel it-tendenzi tal-poplu tagħna fejn qabel  il-gazzetti kienu ferm aktar b’saħħithom u segwiti. 

Ekonomija

Sport