Monday, May 13, 2024

Madwar £13-il miljun f’fondi għat-tfittxija ta’ Mc Cann fl-aħħar 12-il sena

Aqra wkoll

Ta’ kull sena, mijiet ta’ eluf qed jintefqu għat-tfittxija ta’ Madeleine Mc Cann – it-tifla li għosfrot kważi 16-il sena ilu, f’Mejju tal-2007, waqt li kienet fuq vaganza fil-Portugall mal-familja tagħha. Il-midja Ingliża Metro rrappurtat li mill-2011 s’issa ntefqu madwar £13-il miljun f’fondi li ġew allokati bit-tama li tinstab it-tfajla.

Matul il-medda taż-żmien kien hemm il-biża’ li l-każ tal-għajbien tagħha jista’ jiġi “abbandunat” minħabba nuqqas ta’ finanzi. Infatti, ta’ min jinnota li huwa rrappurtat illi s-sena l-oħra n-numru ta’ uffiċjali inkarigati minn dan il-każ naqas drastikament minn 40 għal erba’ uffiċjali.

Bħalissa għaddejja ħidma sabiex fiż-żmien li ġej il-Pulizija inkarigati minn dan il-każ ta’ Mc Cann jingħataw somma ta’ flus biex tiġi koperta l-ispiża għar-riċerka.

F’Ġunju tal-2020, Christian Brueckner, li bħalissa jinsab il-ħabs tal-Ġermanja fuq droga u reati sesswali, kien identifikat mill-prosekuturi bħala s-suspettat ewlieni. Però, il-ġurnalist Mark Williams-Thomas sab li ma kien hemm ebda evidenza b’saħħitha li torbot lil Brueckner mal-għajbien ta’ Mc Cann.

Sport