Hekk kif ilbieraħ ingħata l-aħħar tislima lil Ray Mahoney, Jason Micallef ippropona lil TEMA 79 għandha tkun l-Innu Nazzjonali ta’ pajjiżna.
Kitba li ħalla fuq il-profil tiegħu fil-midja soċjali, Micallef staqsa jekk “wasalx iż-żmien li flimkien inġeddu l-Innu Nazzjonali ta’ pajjiżna.:
“Hekk kif attendejt l-aġġar tislima tal-mibki seħibna Ray Mahoney, fejn fost oħrajn tkantaw fost l-iprem kanzunetti li tana Ray Mahoney matul ħajtu, ġeddidt mill-ġdid ħsieb, li ilu jhewden f’moħħi żmien twil.
“B’rispett sħiħ lejn “l-Innu Malti” ta’ Dun Karm Psaila, nemmen li l-kapolavur, il-kanzunetta, ngħid jien mistika TEMA 79’ kliem ta’ Ray Mahoney u mużika ta’ Paul Abela, tkun hi l-innu nazzjonali “ġdid” ta’ pajjiżna,” kiteb Jason Micallef.
Kompla jgħid li “ghalhekk TEMA 79’ inqisha mistika, għax hekk hekk filfatt hi. Għalhekk nemmen li TEMA 79’ għandha l-preġji kollha, u l-qawwa ta’ innu nazzjonali. Dejjem fil-forma ta’ innu, u mhux kanzunetta.”