Friday, December 13, 2024

Jipproponi li tinbidel is-sistema ta’ infurzar lokali f’waħda intiża biex ittejjeb is-sens ċiviku

Aqra wkoll

“Aħna ma rridux sistemi ta’ giljottini, aħna ma aħniex gvern li lil tal-qalba jħallihom jagħmlu li jridu jgħadduha qisu xejn mhu xejn u inti tħallas għall-iżbalji tagħhom. Aħna nemmnu fik, aħna nemmnu fir-responsabbiltà tiegħek. Għalhekk nemmnu li l-edukazzjoni hi ċ-ċavetta għal kollox.”

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt li kien qed jindirizza attività politika fil-Ħamrun.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li jrid aktar sigurtà fejn tidħol il-komunità u għalhekk irridu nintensifikaw is-sigurtà lokali b’mezzi innovattivi u b’sens akbar ta’ komunità dan sabiex it-toroq tagħna jerġgħu jkunu sikuri.

Bernard Grech ħabbar ukoll illi fejn jidħlu kunsilli lokali rridu:

·  Li r-responsabbiltà tal-infurzar lokali terġa’ tgħaddi lura għand il-Kunsilli Lokali u r-Reġjuni biex tkun dejjem aktar mibnija fuq il-bżonnijiet tal-komunitajiet rispettivi.

·  Tinbidel is-sistema ta’ infurzar lokali f’waħda intiża biex ittejjeb is-sens ċiviku u mhux biex issawwat lin-nies bla ħniena. Permezz ta’ qafas diġitali, persuna li teħel ċitazzjoni jkollha l-multa ‘ffriżata’ għal perjodu ta’ sitt xhur b’dan illi jekk il-persuna ma’ teħilx ċitazzjoni oħra f’dan il-perjodu, l-ewwel multa tinħafer.

Bernard Grech saħaq illi għax il-Partit Nazzjonalista mal-poplu u jemmen fih, qed jipproponi din il-bidla, bidla ta’ kultura imma fuq kollox bidla li se ttejjeb ħajtek.

Fl-attività fil-Ħamrun ġew ippreżentati wkoll il-kandidati tal-ewwel distrett li huma: Darren Carabott, Josianne Cardona Gatt, Mario de Maro, James Aaron Ellul, Christian Micallef, Paula Mifsud Bonnici u Justin Schembri.

Ekonomija

Sport