Friday, May 3, 2024

Jipprotesta biex titneħħa statwa għax l-iskultur niżżel fid-djarju li kien jabbuża minn uliedu

Aqra wkoll

Raġel tela’ ma’ scaffolding li hemm armat mal-kwartieri ta’ BBC f’Londra u ta daqqiet ta’ martell fuq statwa kontroversjali f’dik li jidher li kienet protesta.

Din ma kinitx l-ewwel darba li dimostranti esprimew ix-xewqa tagħhom li din l-istatwa titneħħa wara li l-iskultur Eric Grill niżżel fid-djarju tiegħu kien jabbuża sesswalment minn uliedu.

Din hija t-tieni darba fi żmien ftit xhur li din l-istatwa spiċċat fil-mira ta’ vandaliżmu.

L-entratura ta’ BBC ingħalqet fil-bidu ta’ Mejju sabiex isiru t-tiswijiet fuq il-ħsara li saret fuq l-att vandalu preċedenti u kienet mistennija titlesta fid-19 ta’ Ġunju li ġej.

Sport