Grupp ta’ nies inkluż numru ta’ immigranti bdew protesta mill-Ħamrun lejn il-bini tal-parlament biex isemmgħu leħinhom f’isem Kusi Dismark.
Huma se jkunu qed jippreżentaw lill-komunità tal-immigranti f’pajjiżna fid-dawl ta’ avvenimenti riċenti. Dan b’mod speċjali wara l-arrest u l-possibbiltà ta’ deportazzjoni ta’ Kusa – immigrant li kien ilu f’pajjiżna 13-il sena.
Fost il-kartelluni b’kitbiet spikkat l-għajta tagħhom ta’ inċertezza dwar il-futur tagħhom u ta’ uliedhom f’Malta u l-biża’ tal-vulnerabbiltà f’każi ta’ deċiżjonijiet ta’ deportazzjoni.