Wednesday, July 24, 2024

Se ssir protesta minn grupp ta’ xufiera tal-Y-plates fuq pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol 

Aqra wkoll

Grupp ta’ xufiera tal- Y-plates, nhar il-Erbgħa se jorganizzaw protesti, hekk kif qed jilmentaw fuq pagi ħżiena u li jridu titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Xufiera tat-taxis li jagħmlu parti mill-Light Passenger Operators Association (LPOA), se jinġabru fil-parkeġġ tal-bdiewa f’Ta’ Qali filgħodu  u jkomplu jsegwu lil xulxin sal-Marsa. 

L-istess assoċjazzjoni, f’Awwissu li għadda kienet daħlet f’diskussjonijiet dwar il-mod ta’ kif jitħallsu ix-xufiera, kif ukoll kundizzjonijiet u pagi aħjar. 

Ta’ min wieħed jinnota li din mhijiex l-ewwel protesta li qed issir mix-xufiera tal-Y-Plates. Dan hekk kif l-ewwel waħda, saret f’Ottubru li għadda, fejn fiha diversi xufieri ipprotestaw kontra egoli ġodda. 

Ekonomija

Sport