Għaddew tliet snin minn t-tarbija ċkejkna, Juan Magri mar jiltaqa’ mal-anġli. Il-ġenituri tiegħu baqgħu jonoraw il-memorja tiegħu bl-isbaħ mod.
Dan qalitu Puttinu Cares fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn spjegat li l-koppja urew l-apprezzament tagħhom lill-istaff u l-familji ta’ Rainbow Ward billi pprovdew l-ikel għal kulħadd. Huma rringrazzjaw lill-koppja tal-qalb tajba li għandhom u tal-ġenerożità.
Ftit tal-jiem wara li twieled iċ-ċkejken Juan, il-professjonisti irrealizzaw li huwa kellu tumur u sfortunatament ftit tal-ġimgħat wara huwa ħalla din id-dinja.