Saturday, September 14, 2024

Jirbaħ il-lotterija ta’ $10 miljun għat-tieni darba fi tliet snin

Aqra wkoll

Raġel fi New York jista’ jqis ruħu fortunat hekk kif ix-xorti għal darb’oħra reġgħet daħkitlu. Dan hekk kif huwa rebaħ il-premju tal-lotterija ta’ $10 miljun għat-tieni darba fi tliet snin. Juan Hernandez rebaħ il-premju kbir fil-logħba tal-iscratch-off Deluxe tal-Lotterija ta’ New York aktar kmieni x-xahar li għadda.

Fi stqarrija maħruġa nhar it-Tlieta li għadda, Hernandez stqarr li għadu qed jipprova jara kif jonfoq l-$10 miljuni li rebaħ fil-lotterija ta’ qabel. 

Dan hekk kif, Hernandez rebaħ dan l-istess ammont fl-2019 ukoll, billi lagħab biljett ta’ scratch-off Cash Spectacular. Dak iż-żmien kien qal li l-ewwel ħaġa li kien se jagħmel b’dawk il-flus huwa li jħallas is-self fuq il-propjetà  tiegħu.

Intant, huwa xtara l-aħħar biljett rebbieħ riċenti minn ħanut ġewwa Hempstead f’Long Island u għażel li jiġbor l-aħħar premju tiegħu fi ħlas wieħed ta’ somma ta’ $6,510,000.

Ftit wara, is-sewwieqa tat-trakkijiet bdew jiktbu fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Hernandez u jesprimu gratitudni għad-donazzjonijiet tiegħu.

Is-​sewwieq tat-​trakk Wesley Hunter minn Texas kiteb: “Grazzi għad-donazzjoni tiegħek stajt nixtri trakk ġdid u nerġaʼ lura għax-​xogħol wara tant xhur ta’ tbatija. Nies bħalek huma ta’ ispirazzjoni għal kulħadd.”

Ġie rrappurtat li din id-darba Hernandez għażel li jagħti bħala donazzjoni dak li rebaħ.

Ekonomija

Sport