Saturday, December 28, 2024

Jirkupraw id-doppju tal-każi ġodda

Aqra wkoll

Matul l-aħħar 24 siegħa n-numru ta’ persuni li rkupraw mill-virus kien id-doppju tal-każi ġodda. Dan hekk kif mit-3,044 swab test li saru rriżultaw 84 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li kien hemm 167 persuna li rkupraw mill-virus. Dan ifisser li n-numru ta’ każi attivi niżel għal 1,853.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 16-il każ ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li diġà kienu pożittivi għall-Covid-19, 4 każi ta’ trasmissjoni tal-Covid-19 fuq il-post tax-xogħol, 7 każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, żewġ każi li kienu importati, u każ li rriżulta minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport