Kien għall-ħabta tas-7.30pm meta tim mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew imsejħa biex jassistu persuna li kienet għadha kemm kienet involuta fi ġlieda f’Marsalforn.
Hekk kif it-tim mediku wasal fuq il-post sabu persuna ta’ nazzjonalità barranija li kellha bżonn xi kura. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali b’ambulanza.
Iżda hekk kif l-istess ambulanza waslet fl-Emerġenza, l-istess grupp ta’ persuni li kienu miegħu Marsalforn marru għalih u hekk kif rahom irrifjuta li jingħata l-kura. Hu rikeb fil-karozza magħhom u telaq mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Sorsi qrib dan is-sit qalu li din il-persuna ma kellha xejn gravi.
Il-pulizija ġew informati u qegħdin jinvestigaw dan il-każ.