Wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, ikkonċeda t-telfa tal-Elezzjoni Ġenerali 2022, il-President ta’ Malta, George Vella, ċempillu biex jirringrazzjah tal-kontribut li ta għal kampanja elettorali demokratika.
Il-President Vella awguralu li jaħdmu flimkien fis-snin li ġejjin bħala Kap tal-Oppożizzjoni.