Friday, May 3, 2024

Jirringrazzja Pulizija li waqaf wara ta’ billejl biex jibdillu t-tajer

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bħalma għamilna drabi oħra, dan is-sit iħobb jinkludi ġesti pożittivi bħala parti mil-lista ta’ artikli mħallta li ntellgħu ta’ kuljum. Fost l-aktar riċenti kien il-ġest sabiħ ta’ uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li għen persuna li sab ruħu f’diffikultà kmieni s-Sibt filgħodu.

Persuna li kitbet tirringrazzjah f’email lill-Korp qalet li l-każ seħħ is-Sibt filgħodu kmieni fejn iċ-ċimiterju tal-iklin. Ir-raġel spjega li kellu ħsara f’tajer minnhom u nzerta ma kellux l-għodda biex jibdlu. Jispjega kif hu u jċempel lil xi qraba, waqfet karozza warajh u staqsieh jekk kellux bżonn xi ħaġa. 

“Kif għidtlu b’li ġrali kien pront qalli ħalli fidi u kif ħarist sewwa intbaħt li kien Pulizija”, jkompli r-raġel.

Huwa żied jgħid li kif beda jitkellem miegħu u qallu li kien qiegħed iħossu ftot skomdu li skomodah, l-uffiċjal wieġbu li kien għadu kif spiċċa minn ta’ billejl.

“Jien ġuvni u Facebook m’għandix aċess għax ma tantx jien tekniku, iżda staqsejt għall-assistenza biex nirringrazzjah lil dan il-proxxmu li kulma naf li kien jismu Roderick”, temm jikteb il-ġuvni.

Sport