Il-Festival ta’ ŻiguŻajg tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ 2021 jirritorna din il-ħarifa bejn id-19 u t-28 ta’ Novembru bi programm diġitali u lajv eċitanti ta’ avvenimenti mimlijin sax-xifer biż-żfin, arti viżwali u produzzjonijiet teatrali għall-familja kollha!
Hekk hu! Din is-sena, il-Festival ta’ Żigużajg se jerġa’ jibda jipproduċi t-teatru lajv, maħluq minn artisti u kreattivi lokali f’kollaborazzjoni mal-festival. Il-programm ibridu jipprovdi għal kważi nofs il-produzzjonijiet tiegħu bħala spettakli lajv filwaqt li l-bqija tal-ispettakli se jkunu disponibbli fuq talba għall-familji kollha permezz tal-pjattaforma tal-istrimjar online.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, José Herrera faħħar il-festival għall-isforzi tiegħu sabiex jagħmel l-avvenimenti tiegħu aċċessibbli kemm jista’ jkun wara l-bidla ta’ suċċess tas-sena l-oħra għall-mezzi diġitali. Huwa ddikjara li “l-livelli trijumfanti li ntlaħqu matul l-edizzjoni tas-sena l-oħra tawna l-impetus biex din id-darba nimmiraw iktar fil-għoli, billi l-programm artistiku ta’ din is-sena jwiegħed materjal eċċezzjonali għat-tfal tagħna,” qal il-Ministru.
Din is-sena se tkun ukoll l-ewwel sena li l-festival jintroduċi produzzjonijiet favur is-sensi fil-programm ta’ avvenimenti tiegħu antiċipat bil-kbir, fejn għażla ta’ attivitajiet mill-programm lajv tagħna se jkollu avveniment wieħed favur is-sensi għal kull attività. Il-President ta’ Fondazzjoni Kreattività, Rupert Cefai spjega li “fl-ispirtu tal-viżjoni tad-direttur artistiku tagħna, aħna komplejna wkoll naħdmu sabiex noħolqu festival li huwa kompletament inklużiv, u din hija r-raġuni għaliex introduċejna prestazzjonijiet favur is-sensi fil-programm ta’ din is-sena.” Il-prestazzjonijiet favur is-sensi huma ddisinjati biex joħolqu esperjenza artistika komda u li tilqa’ lil dak li jkun għal persuni bi ħtiġijiet speċifiċi tas-sensi fejn il-prestazzjonijiet pubbliċi jiġu modifikati sabiex jattiraw lil dawk li għandhom ħtiġijiet jew preferenzi speċifiċi tas-sensi.
Id-Direttriċi artistika, Marta Vella, irrikonoxxiet li dan huwa “pass tat-trabi” kbir lejn l-ipprogrammar tal-festival li huma familjari miegħu l-udjenzi kollha iżda huwa madankollu pass fid-direzzjoni t-tajba. Pass li ħa x-xhur biex jiġi ppjanat u ddekriptat, u hekk kif spjegat Vella, “Bla dubju se tkun konxju dwar il-fatt li għalkemm il-Festival ta’ Żigużajg idum għaxart ijiem f’Novembru, il-preparamenti li jwasslu għalih huma proċess kontinwu tul is-sena kollha. Ilna naħdmu bla waqfien, anki fl-iktar perjodu inkwetanti tal-Covid-19.”
Fir-rigward tad-deċiżjoni li jżommu mal-ipprogrammar ta’ avvenimenti diġitali minflok ma joħorġu bi programm ta’ avvenimenti kompletament lajv, Vella kkonkludiet li “l-programm diġitali tas-sena l-oħra għallimna li, apparti l-kwistjoni tal-pandemija, li wieħed imur it-teatru mhux dejjem se tkun għażla għal għadd sinifikanti tal-udjenza maħbuba tagħna. Żammejna dan f’moħħna u fil-qalba ta’ Żigużajg, bl-aċċessibbiltà fiċ-ċentru tal-missjoni tagħna.”
L-Eżekuttiv ta’ Żigużajg, André Mangion spjega, “li minkejja l-ostakli li s-settur kulturali ltaqa’ magħhom matul is-sena, it-tim huwa kuntent ħafna li jista’ jippreżenta festival ibridu.”
Il-Festival ta’ ŻiguŻajg tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ 2021 se jsir bejn id-19 u t-28 ta’ Novembru. Għal iktar informazzjoni jew biex tibbukkja l-biljetti tiegħek, jekk jogħġbok żur www.ziguzajg.org illum!
Link għall-promo ta’ ŻiguŻajg – https://we.tl/t-5irKWbRTdo