Sunday, May 19, 2024

Covid-19: Sitt każi ġodda, ifiqu 21 persuna

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew sitt każi ġodda tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm 21 każ ieħor li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huwa ta’ 236.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 460 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.

Bħalissa f’Mater Dei hemm 13-il pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 865,419 doża tal-vaċċin li minnhom 43,043 kienu l-ewwel doża.

Sport