Friday, July 24, 2026
Home Internazzjonali Intqal li l-pistola kienet sigura qabel l-isparatura fatali

Intqal li l-pistola kienet sigura qabel l-isparatura fatali

0
775

Skont evidenza fil-Qorti ta’ Santa Fe fi New Mexico, il-pistola li biha l-attur Alec Baldwin spara u qatel mara ġiet mgħoddija lilu mingħand id-direttur li qallu li din kienet sigura.

L-assistent direttur Dave Halls ma kienx jaf li l-pistola finta li kienet qiegħda tintuża bħala prop kien fiha munizzjoni.

Halyna Hutchins intlaqtet b’tir fatali f’sidirha waqt il-ġbid ta’ waħda mix-xeni tal-film Rust. Id-direttur Joel Souza, li kien maġenb il-vittma wkoll sofra xi ġrieħi. Huwa ngħatat trattament mediku fi spalltu, iżda aktar tard ħalla l-isptar li fih ittieħed għal aktar osservazzjoni.