Tuesday, April 23, 2024

Vin Diesel iwassal lil bint Paul Walker fuq l-artal

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-mudella Meadow Walker; bint Paul Walker, ikkonfermat iż-żwieġ tagħha mal-attur Louis Thornton-Allan. Meadow ħabbret dan permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali.

Fil-filmat ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta, l-attur Vin Diesel, magħruf sew għall-kollaborazzjoni tiegħu ma’ missier Meadow fil-films Fast & Furious. Infatti skont rapporti fil-midja barranija kien l-istess Vin Diesel li wassal lil bint Paul Walker fuq l-artal.

Paul Walker miet f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-2013 meta Meadow kellha biss 15-il sena.

Sport