Sunday, December 22, 2024

Jirritornaw minn Marsilja l-Maltin li rrapreżentawna fl-FIA Motorsport Games

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

It-tim li rrappreżenta lil Malta fl-FIA Motorsport Games ta din is-sena, irritorna minn Marsilja nhar it-Tnejn, 31 ta’ Ottubru.

Malta, rappreżentata mis-sewwieqa tal-karting Lucas Pace, Kian Gauci, Owen Mangion, Ella Zammit, Kyle Mercieca, Nicky Gauci, Raisa Psaila, u Kieran Galea. Dean Vella rrappreżenta lil Malta fl-Esport.

Fl-Esport, Malta kkwalifikat fid-19-il post minn 57 pajjiż. Fil-Karting Sprint Junior, fit-23 post minn 31 pajjiż. Fil-Karting Sprint Senior, Malta kkwalifikat fis-16-il post minn 29 pajjiż. Fl-aħħarcnett, Karting Endurance ikkwalifikat fl-10 post minn 16-il pajjiż u ma kkwalifikatx fil-Karting Slalom.

Is-sewwieqa kienu akkumpanjati mill-Viċi President tal-Malta Motorsport Federation William England bħala Kap tad-Delegazzjoni, Jonathan Tonna bħala Team Captain u xi partitarji.

Ritratti ta Dylan Darmanin

Ekonomija

Sport