Friday, May 3, 2024

Jirriżenja il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, Jesmond Muscat

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, is-Sur Jesmond Muscat irriżenja mill-kariga tiegħu. Dan intqal mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard fejn qal li ġie informat b’din ir-riżenja miċ-Chairperson tal-Bord.

Il-Ministru jgħid li filwaqt li jinnota u japprezza l-ħidma li wettaq is-Sur Muscat biex jissaħħaħ il-qafas regolatorju, jimmodernizza l-infrastruttura tal-Awtorità u jiġu mwettqa numru ta’ riformi, il-Ministru Attard aċċetta r-riżenja.

Il-Ministeru jħares ’il quddiem biex jiġi appuntat Kap Eżekuttiv ġdid biex tkompli tissaħħaħ l-Awtorità u titkompla l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-Gvern u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport