Monday, July 13, 2026
Home Sport Ferland Mendy segwit minn Bayern Munich

Ferland Mendy segwit minn Bayern Munich

0
150

Bayern Munich qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jiffirmaw lid-difensur xellugi Ferland Mendy. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u ilu jilgħab mal-klabb tiegħu Real Madrid sa mis-sena 2019.

It-tim mill-Bavarja qed jaraw bħala plejer tajjeb biex isaħħaħ id-dipartiment difensiv li matul dan l-istaġun xejn ma deher stabbli.

Sadanittant Real Madrid huma lesti li jinnegozjaw għalkemm talbu li jispiċċa l-istaġun sabiex jiltaqgħu mar-rappreżentanti ta’ Bayern Munich.