Friday, May 3, 2024

Alexander Isak fir-radar ta’ Arsenal

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Ingliżi ġabu l-aħbar li Arsenal jinsabu ferm interessati li jiksbu s-servizzi tal-attakkant Żvediż ta’ Newcastle Alexander Isak. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u spikka ferm f’dawn l-aħħar sentejn kemm ilu mal-Magpies tant li skorja 27 gowl f’46 partita.

Il-Gunners huma lesti li jonfqu madwar €115 miljun sabiex jaslu għalih.

Minkejja kollox, id-diriġenti minn Londra għandhom ukoll pjan B hekk kif jekk ma jasalx hu, jistgħu jmorru wkoll għal Benjamin Sesko ta’ Leipzig jew Michael Olise ta’ Crystal Palace.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport