Friday, May 3, 2024

Hockey: Floriana YS fil-finali tan-Knock-Out

Aqra wkoll

Trust Payments Floriana Young Stars saru t-tieni finalisti tal-kompetizzjoni knock-out wara li ftit sabu diffikulta sabiex jegħlbu lil White Hart bl-iskor ta’ 5-0.

Sa tmiem it-tieni quarter, iċ-champions il-ġodda tal-hockey Malti kienu diġa’ 3-0 minn fuq sabiex fl-aħħar żewġ quarters huma amminstraw il-logħba filwaqt li skorjaw żewġ gowls oħra.

Anton Saliba u Ali Rizwan skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Justin Farrugia żied ieħor għall-Greens.

It-tim immexxi minn Chris Attard għandu l-għan li jikseb id-double hekk kif se jaffrontaw lil Qormi Daikin fil-finali li se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.

Umpires kienu John Williams u Edward Hughes.

Sadanittant mill-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Qormi Daikin għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 7-1 filwaqt li Marsascala Summer Nights kisbu rebħa tajba ta’ 9-1 kontra De La Salle Floriana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport