Thursday, December 19, 2024

Jirriżenja l-Prim Ministru tas-Sudan wara protesti tal-massa

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Sudaniż Abdalla Hamdok irriżenja wara ġurnata oħra ta’ protesti tal-massa fil-belt kapitali Khartoum.

Eluf kienu dawk li pprotestaw kontra ftehim riċenti li l-istess Prim Ministru kien għamel biex jaqsam il-poter mal-armata, li f’Ottubru għamlet kolp ta’ stat.

“Il-poter lin-nies”, bdew jgħajtu d-dimostranti filwaqt li sejħu għal ritorn tal-ħakma ċivili b’mod sħiħ. Iżda l-forzi militari reġgħu wieġbu bil-forza, tant li ġie rrappurtat li ħallew żewġ persuni mejta.

Id-deċiżjoni ta’ Hamdok li jirriżenja tħalli lill-armata f’kontroll sħiħ. Din kienet daqqa ta’ ħarta oħra għat-tentattivi fraġli tas-Sudan lejn tranżizzjoni demokratika wara li rewwixta popolari kiemet wasslet għat-twaqqigħ tal-President awtoritarju tas-Sudan Omar al-Bashir lura fl-2019.

Ekonomija

Sport