Friday, May 3, 2024

2021: Chelsea u Villarreal jirbħu ż-żewġ unuri tal-UEFA

Aqra wkoll

Iż-żewġ kompetizzjonijiet organizzati mill-UEFA fl-is­taġun li għadda li l-finali tagħhom intlagħbu f’Mejju tas-sena li għaddiet, ġew mirbuħa minn Chelsea tal-Ingilterra li rebħu ċ-Champions League għat-tieni darba filwaqt li Villarreal rebħu l-     Europa League għall-ewwel darba.

Fil-finali Chelsea għelbu lil Manchester City 1-0 f’Porto, il-Portugall, bil-goal uni­ku jiskorjah Kai Havertz fit-42 minuta. B’hekk il-ma­nager tas-City, Pep Guardiola, għadu qatt ma rebaħ dan l-unur kemm ilu fit-tmun tat-team li mindu ħadu f’idejh għamlu wieħed mill-aqwa fid-dinja.

Villarreal rebbieħa tal-UEFA Europa League

Min-naħa l-oħra huwa ttrijonfa darbtejn meta kien imexxi lill-ex team li kien jil­għab miegħu, Barcelona.

Chelsea sofrew telfa waħda biss matul il-kompetizzjoni kollha meta mit-13-il logħba li lagħbu, reb­ħu 9, ġew draw 3 bil-goals favur ikunu 23 u dawk kontra 4.

Dan kien it-tmien unur li rebħu l-Blues fl-Europa li ġew darbtejn f’kull tazza jiġifieri ċ-Champions League, l-Europa League, it-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi u s-Super Cup.

Issa se jieħdu sehem fil-Club World Cup, unur li għadhom qatt ma rebħu.

Min-naħa ta’ Villarreal dan kien l-ewwel unur tagħhom fl-Europa kif ukoll tal-coach Julien Lupetegui. 

Huma wkoll kellhom rekord tajjeb ħafna meta minn 15-il logħba, rebħu 12, ġew draw 3 u baqgħu bla megħluba waqt li skorjaw 31 goal u sofrew 9.

Chelsea rebbieħa tas-Super Cup Ewropea

Fil-finali li saret f’Gdansk, il-Polonja, Villarreal iltaqgħu kontra Manchester United u f’logħba kumbattuta li ntemmet 1-1 b’goals minn Gerard (29) għall-Ispanjoli, u Edinson Cavani (56) għall-United, anke wara li ngħata l-ħin barrani, huma rebħu shoot-out drammatika ta’ 11-10 bil-pe­nalties fejn kien il-goalkeeper David De Gea li falla l-uniku wieħed li kien t-22 li ngħata.

Sport