Sunday, December 22, 2024

Jirriżenja s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

Ir-riżenji fil-Partit Nazzjonalista komplew fl-aħħar sigħat hekk kif illum kien imiss lis-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Rudolph Marmarà li ilu f’din il-kariga għal madwar sena u nofs.

Għal ħafna Marmarà kien wieħed mill-magħżulin tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Sorsi qrib id-Dar Ċentrali li tkellemu ma’ talk.mt qalu li Marmarà ma setax jaħdem aktar fl-ambjent li hemm bħalissa fil-Partit Nazzjonalista.

L-istess sorsi qalulna li minkejja li Marmarà qed jgħid li rriżenja minn din il-kariga fuq raġunijiet personali, hu ma setax jintgħoġob aktar bejn iż-żewġ fazzjonijiet li ta’ kuljum kienu qegħdin jagħtuh struzzjonijiet kif jaħdem.

Jirriżulta li hekk kif ipprova jintgħoġob mal-fazzjoni ta’ kontra l-Kap, mill-ewwel Bernard Grech wissieh li hu kien wieħed mill-mgħażulin tiegħu. Għalhekk Marmarà ma kellux għażla oħra ħlief li jitlaq mill-kariga.

Din ir-riżenja hija fost ħafna orajn li seħħew fl-aħħar xhur fosthom tad-Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, Simon Vella Gregory.

Ekonomija

Sport