Saturday, February 14, 2026

Jiskopri li martu qarrqet bih, qatel liż-żewġt itfal tiegħu u wara qatel lilu nnifsu

Aqra wkoll

Kien raġel tal-familja b’żewġ t’itfal u mara li tħobbu. Ġara li darba kellu suspett li martu kienet qed tqarraq bih u ddeċieda li jqabbad ditektiv. Ġara li meta sar jaf il-verita’ qatel lil uliedu, Miguel ta’ 12 -il sena u benicio ta’ 8 snin u wara qatel lilu nnifsu.

Il-każ seħħ fit-12 ta’ Frar ta’ din is-sena ġewwa Itumbiara, fil-Brażil. Midja internazzjonali rrapurtat li r-raġel li jismu Thales Naves Alves Machado kellu 40 sena.

Jirriżulta li t-tifel il-kbir miet ftit wara li ddaħħal fl-Isptar Muniċipali ta’ Modesto de Carvalho. Dan filwaqt li, Benício, it-tifel iż-żgħir ittieħed b’urġenza lejn l-Isptar Statali ta’ Itumbiara São Marcos, fejn miet ftit sigħat wara.

L-aħbar ikkawżat xokk kbir fil-lokalità u fl-istat kollu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport