L-Aġenzija Amerikana tal-Inforzar dwar l-Immigrazzjoni u d-Dwana (ICE) sabet wieħed mill-aktar mini sofistikati fuq livell teknoloġiku fl-istorja Amerikana li kienu jintuża bħala rotta tal-kuntrabandu mill-Messiku għal Arizona.
Din il-mina, wiesa’ tliet piedi u għolja erba’ piedi, kienet mgħammra b’sistema ta’ ventilazzjoni elaborata, linji tal-ilma u tal-elettriku, kif ukoll b’sistema tal-ferrovija żgħira. Din instabet f’Yuma, qrib Arizona u hi twila 1,300 pied.
L-aġent li jmexxi s-settur ta’ Yuma tal-ICE, Carl Landrum qal li din il-mina tidher li hi l-aktar waħda sofistikata fl-istorja Amerikana u żgur li l-aktar waħda li qatt ra hu.
Filwaqt li x-xaft instab qabel ma tlesta u qabel ma leħaq l-art fuq in-naħa tal-Istati Uniti tal-fruntiera, ICE qalet li żarmat il-passaġġ li temmen li nbena biex isir kuntrabandu.
L-uffiċjali qalu li ngħataw informazzjoni li kien hemm struttura massiva, wara li sabu sinkhole qrib tal-perimetru tal-fruntiera. Wara li ħaffru qrib ta’ din is-sinkhole, sabu vojt u għalhekk daħħlu kamera speċjali u raw x’kien hemm ġewwa.
Għadu misteru kif dan kollu seta’ twettaq u min kien il-ħsieb wara dan il-proġett. L-aġenti qalu li kieku din il-mina nbniet bl-idejn, allura riedu jgħaddu xhur biex jitlesta. Min-naħa l-oħra, qalu li jekk intuża makkinarju, allura dan ix-xogħol seta’ sar fi ftit xhur.
Special agents with ICE #HSI discovered an unfinished cross-border tunnel Tuesday after several days excavating the sandy Sonoran desert terrain outside of Yuma, Arizona. The discovery is a result of an ongoing HSI-led multi-agency investigation. https://t.co/dqJ7n2s6KH pic.twitter.com/Mz48ow9Bsq
— ICE (@ICEgov) August 7, 2020