Saturday, December 21, 2024

Jispiċċa l-għassa wara li mar iħallas multa b’muniti taċ-ċenteżmu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar fi stqarrija maħruġa minnu aktar kmieni kiteb dwar “ċajta li marret ħażin!”. 

Dan wara li aktar kmieni llum xi ħadd għoġbu jipprova jagħmel ċajta fil-Kunsill Lokali billi mar iħallas ċitazzjoni b’muniti taċ-ċenteżmu. Skont l-istess stqarrija dan ir-raġel għarralu bl-ikrah u dan minħabba li b’dan l-aġir spiċċa l-għassa tal-lokalità u kellu jiġbor kull ċenteżmu li xerred. Huwa kellu jħallas iċ-ċitazzjoni b’mod ieħor “kif normalment isir il-ħlas”.

Il-Kunsill Lokali għalaq jappella għar-rispett lejn l-impjegati tal-Kunsill u biex ma jkunx hawn min jipprova jdaħħaq u jaħlilhom ħinhom fil-vojt għaliex ħinhom huwa mħallas mit-taxxa tal-poplu stess.

Ekonomija

Sport