Monday, June 2, 2025

Jisplodi l-vulkan Etna… Turisti mbeżża’ jiġru ‘l bogħod mill-periklu

Aqra wkoll

L-aktar vulkan attiv fl-Ewropa, l-Etna, reġa’ sploda u tella’ daħnna kbira fis-sema. Turisti huma rrapportati li bdew jiġru ‘l bogħod mill-periklu għal ħajjithom. Dan il-vulkan huwa rrapportat b’attività siżmika f’dawn l-aħħar sigħat li aktar mhuwa jgħaddi l-ħin, aktar qegħdin jiżdiedu fl-intensità tagħhom.

L-awtoritajiet lokali ħarġu twissija oranġjo fir-rigward. Aktar kmieni dalgħodu l-Istitut Nazzjonali tal-Ġeofiżika u tal-Vulkani tal-Italja ħabbar li, “f’dawn l-aħħar sigħat, l-attività li ħriġna twissija dwarha fl-4.14 ta’ filgħodu kompliet għaddejja bi splużjonijiet ta’ intensità dejjem tiżdied. Fil-mument dawn huma qawwija u kontinwi”.

Il-vulkan Etna jinsab fin-Nofsinhar ta’ Sqallija u huwa wieħed mill-aktar attivi fid-dinja. F’dawn l-aħħar ħames snin l-Etna kienet partikolarment attiva ħafna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport