Saturday, November 23, 2024

Jisraq ammont ta’ ġojjelli u muniti wara li jorbot lil anzjana fir-residenza tagħha

Aqra wkoll

Ħalliel seraq ammont ta’ ġojjelli u muniti wara li daħal f’residenza f’San Ġiljan, u allegatament rabat lil mara anzjana li tgħix fid-dar.

Il-Pulizija ġew infurmati bis-serqa mir-residenza fi Triq Ċensu Tabone, għall-ħabta tal-4.30 p.m.

Mill-istħarriġ preliminari jirriżulta li raġel mgħammad, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, allegatament daħal fir-residenza tal-mara ta’ 75 sena, u wara li allegatament rabatha beda jqalleb f’diversi kmamar fir-residenza.

L-aggressur ħarab minn fuq il-post wara li seraq il-ġojjelli u l-muniti. B’xorti tajba l-mara ma sofrietx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin.

Sport